Sunday, October 21, 2007

29 Ħadd ta' Matul is-sena - B'idejna 'l fuq


Filwaqt li Mosè żamm idejh 'il fuq fit-talb, il-poplu rebaħ fuq l-għadu. Huma l-istess idejn li nerfgħu aħna llum lejn Alla li jixtieq dejjem il-ġid lill-poplu tiegħu. Il-parabbola ta' l-imħallef u l-armla li Ġesù jirrakkonta, tgħallimna li f'talbna għandu jkollna fidi qawwija u fiduċja sħiħa f'Alla. Għalhekk għandna nħossu dan bħala bżonn qawwi f'ħajjitna. San Luqa, ta' tabib tajjeb li kien, jagħtina r-riċetta kontra l-ħażen li bih ninsabu mdawra: itolbu bla ma tintelqu!

No comments: