Sunday, December 2, 2007

Il-Ħames Jum

Dawl fil-Lejl tar-Ruħ


O! Marija!
Int tal-Karmelu ras u kuruna.
O! Sinjura tas-smewwiet,
fjur tal-verġni, sultana ta’ l-art u imperatriċi ta’ l-abissi.
O! Ġilju tal-kastita’ u difiża tal-kontinenza,
int bandiera ta’ l-imħabba u l-ġabra tat-tjubija.
O! Warda tas-safa’,
inti l-porpra tal-paċenzja, primula tal-ġustizzja u l-vjola tax-xjuħija.
O! Mera ta’ l-għaqal, u pedament tal-fortizza,
int l-inbid tar-rażan u l-miżien tas-sewwa.
Inti t-tama tad-dgħajfa kollha,
il-qawwa tal-fidi,
inti l-faraġ ta’ l-imnikktin,
inti l-kenn ta’ l-akkużati.
Inti l-providenza tal-foqra,
ferħ tal-ġusti,
bidu ta’ l-umilta’ u tmiem tal-qdusija.

Mil-leġġenda Inviolabilis antiquitatis.

No comments: