
ir-ragħaj tiegħek u l-mexxej,
bl-innijiet u l-għana.
Ibqa’ faħħru daqs kemm tista’,
Għax Hu ‘l fuq minn kull tifħir,
qatt ma tfaħħru kemm jistħoqqlu.
Għat-tifħir ħaġa tal-għaġeb,
il-ħobż ħaj li jagħti l-ħajja,
hawn quddiemna f’dan il-jum.
Dak il-ħobż li fuq il-mejda,
lill-appostli fl-ikla mqaddsa,
kien ingħata biex jikluh.
Ikun sħiħ it-tifħir tiegħek,
b’qalb ferrieħa, b’leħen għoli,
ikun jixraq ferħ ir-ruħ.
Għax dal-jum ta’ festa kbira,
ta’ dik l-ikla hu t-tifkira,
meta saret l-ewwel darba.
F’dina l-ikla s-Sultan tagħna,
l-Għid il-ġdid tal-liġi l-ġdida,
temm għal kollox l-Għid qadim.
Il-qadim twarrab mill-ġdid,
dak li hu ġie flok ix-xbieha,
id-dawl biegħed dlam il-lejl.

Dak li twettaq fl-aħħar ċena,
Kristu ried jibqa’ jiġġedded,
biex ikun tifkira tiegħu.
Imgħallmin b’tagħlim imqaddes,
nibdlu l-ħobż u l-inbid tagħna
B’sagrifiċċju għas-saħħa tagħna.
Twemmin ġdid lilna l-insara,
li dal-ħobż jinbidel f’Ġisem,
u l-inbid jinbidel f’Demm.
Dak li ma tarax jew tifhem,
it-twemmin isaħħu u jwettqu,
fuq kull ordni tan-natura.
Taħt xbihat fejn aħna nilmħu
mhux il-ħajja, imma sinjali,
jinħbew ħwejjeġ hekk għeżież.
Ikel Ġismu, xorb hu Demmu,
iżda Kristu sħiħ hemm moħbi
taħt kull waħda mix-xbihat.

bla jitkisser, bla jitfarrak,
bla jinqasam minn min jieħdu.
Jieklu elf u jiekol wieħed,
kemm ħa dan, hekk jieħdu
huma, bla jintemm meta jittiekel.
Jieklu t-tajba, jieklu l-ħżiena;
imma ‘l dawk iġib il-ħajja,
lil dawn jixħet fit-telfien.
Mewt għall-ħżiena, ħajja
għat-tajba; ara kif jinbidel fihom,
għalkemm jieħdu l-istess ikel.
Meta l-Ostja tkun maqsuma,
la tibżax, imm’inti ftakar,
taħt ix-xbieha ta’ kull farka
hemm jinsab daqs fl-Ostja sħiħa.
Ebda ksur ma jsir fi Kristu;
biss ix-xbieha tkun miksura;
u b’dal ksur xejn ma jitnaqqas
f’Dak il hu taħt din ix-xbieha.
Dan ħobż l-Anġli, magħmul ikel
għall-bnedmin fit-triq tal-ħajja,
ikel bnin għall-ulied kollha,
li m’għandux fix-xejn jintrema.
Bi xbihaħ kien ilu mħabbar,
f’dik l-offerta ta’ Iżakk,
fil-ħaruf li nqatel fl-Għid,
u fil-manna tad-deżert.
Int ragħaj tajjeb, ħobż tassew,
Ġesu’ tagħna, ħenn għalina.
Int itmagħna u ħarisna:
inti lilna l-ġid urina
fl-art imbierka tal-ħajjin.
Int li taf u tista’ kollox,
li titmagħna hawn f’dil-ħajja,
hemm għamilna lkoll imsieħba,
f’għaqda waħda lkoll werrieta
mal-qtajjiet tal-qaddisin.
Amen., Hallelujah.

No comments:
Post a Comment