Tifkira Solenni ta' l-Imqaddsa Verġni Marija ta' l-Għolja tal-Karmelu
Fjur tal-Karmnu, gran Reġina,
Omm ta' Kristu wisq ħanin,
Itlob dejjem Int għalina
Li ninsabu midinbin.
B'Labtu tiegħek Int libbistna
Bħala uliedek maħbubin:
Agħmel magħna dak li wegħedtna
Meta tajtu lill-bnedmin.
Ftakar x'għidt lil Xmuni tiegħek
Meta tajtu dar-rigal,
Mela żommna dejjem miegħek
Mirfudin b'dan is-sinjal.
Kollox tajtna kull ma rridu
B'Labtu tiegħek tant sabiħ:
Tina ngawdu l-frott ta' ġidu
Biex nifirħu dejjem bih.
Kemm ħabbejtna o Sultana
Meta tajtna dan l-ilbies:
Meta tajtna dan l-ilbies:
Fittex biħ inti salvana
Bħal uliedek il-għeżież.
Mit-tiġrif inti eħlisna
Mit-tiġrif inti eħlisna
F'dan il-Labtu kif wegħidt;
Mill-infern ukoll ħarisna
U fil-ġenna ħudna dritt.
Isma' lilna Omm ħanina
Bħala wliedek imlibbsin:
Ifraħ inti dejjem bina
Biex insiru qaddisin.
No comments:
Post a Comment