Sunday, July 13, 2008

It-2 Ħadd ta' Lulju - Festa Madonna tal-Karmnu il-Fgura

Innu Popolari

Insellmulek Omm ħanina
Bl-isbaħ għanja ta' kull żmien
Int jixraqlek kull foħrija
Ismek jidwi kullimkien.

Illum ġejna hawn quddiemek
Imħabbitna lkoll nuruk
Ifrex fuqna l-mant tiegħek
Minn qiegħ qalbna nitolbuk.

Tgħaxxaq bina, Omm tal-Karmnu
B'dan il-Labtu imżejnin
Agħmel minna poplu qawwi
Quddiem Alla u l-bnedmin.

Ejjew, Poplu tal-Fgura
ninxteħtu bla dewmien
quddiemek, O Patruna
biex niksbu l-ħarsien.

Għalkemm żgħar quddiem id-dinja
Inħossuna wisq kburin
Għaliex tajtna d-dehen u s-saħħa
U mexxejja ferm għaqlin.

Qed naraw il-ħolma tagħna
Issir minna ta' kuljum
Minn daqsxejn ta' raħal ċkejken
Illum post modern, meqjum.

O Madonna tal-Karmelu
Tħalliniex li noffenduk
Saltan int dejjem fi qlubna
U għallimna inħobbuk.

Ejjew, Poplu tal-Fgura
ninxteħtu bla dewmien
quddiemek, O Patruna
biex niksbu l-ħarsien.
Kliem: A.Grech
Mużika: P. Mario Enriquez, O.Carm

No comments: