Tuesday, October 14, 2008

15 ta' Ottubru - Santa Tereża ta' Ġesu'


Santa Tereża twieldet f’Avila, Spanja, fl-1515. Daħlet fl-Ordni Karmelitan fejn għamlet passi kbar fit-triq tal-perfezzjoni u kellha rivelazzjonijiet mistiċi. Ħadmet ħafna għar-riforma ta’ l-Ordni, u wara li sofriet bosta tbatijiet, irnexxielha b’kuraġġ kbir tegħleb kull diffikultà. Kitbet ħafna opri ta’ tagħlim għoli mgħejjuna mill-istess esperjenza personali li kellha. Mietet f’Alba de Tormes fl-1582.

No comments: