Twieled fl-10 ta’ Frar 1805, f’Kainakary fil-Kerala, l-Indja. Wara l-istudji tiegħu fis-seminarju, ġie ordnat saċerdot fl-1829. Fl-1831 waqqaf f’Mannanam l-ewwel kunvent għas-saċerdoti tal-kongregazzjoni ġdida bl-isem ta’ Karmelitani ta’ Marija Immakulata, u fl-1855 sar l-ewwel Superjur Ġenerali ta’ din il-kongregazzjoni. Flimkien mal-missjunarju Karmelitan Skalz, Patri Leopoldu Beccaro, fl-1866 waqqaf il-kongregazzjoni għas-sorijiet bl-isem ta’ Omm il-Karmelu. Magħżul Vigarju Ġenerali tal-Knisja Siro-Malabarika fl-1861, ħadem ħafna u bla heda biex jeqred kull firda minħabba x-Xiżma Rokożjana, kif ukoll biex iġib ’il quddiem ir-rit Siro-Malabariku b’tiġdid spiritwali. Fuq kollox kien bniedem ta’ talb; kellu devozzjoni l-aktar imħeġġa lejn l-Ewkaristija u wera qima speċjali lejn Marija Immakulata. Miet fl-1871 f’Koonammavu, l-Indja, iżda fl-1889 il-fdalijiet tiegħu ttieħdu f’Mannanam.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment