Friday, November 30, 2007

It-Tielet Jum

Omm u Għalliema Spiritwali tagħna



Omm l-aktar maħbuba tiegħi,
il-Mulej fdalek il-misteri tas-Saltna.
Tak il-Ġisem Mistiku.
Il-ħarsa tiegħek tiġbor iż-żminijiet kollha.
Inti taf kull parti tal-Ġisem Mistiku u dmirijietu.
Hija Int li tmexxieh.
Nirringrazzjak għax sejjaħtli
minn qabel ma kont naf
Li l-vokazzjoni tiġi minnek.
Xi trid tagħmel bija? Ma nafx.
Imma nara li hi grazzja kbira bla ma jistħoqqli
li għażiltni biex inkun strument tiegħek.
Bħal strument ħelu, rrid nintelaq f’idejk.
Nafda fik: inti tagħmel utli dan l-instrument
li m’hu kapaċi jagħmel xejn.
Qalb ta’ Ġesù, tinda ta’ Alla qalb il-bnedmin,
ilqagħna għal issa
u għal dejjem.


Santa Tereża Benedetta tas-Salib (1891-1942)

No comments: