
O Omm ħelwa,
blata mnejn joħroġ dak li bil-ħlewwa jnixxi,
qatra ta’ ingewnt, taraġ imwarrad ta’ Ġakobb.
Sħaba li tqattar il-manna, fwieħa tal-ġenna.
Bieb li jibqa’ magħluq, patruna bla tebgħa.
Newwel sidrek mimli ħlewwa lil Kristu, Ibnek.
O Verġni Marija, għasel li jqattar.
O Verġni tas-sema, imxi mal-passi tagħna
biex it-triq tagħna tkun dejjem żġura.
Int tixtieq, tista’, trid, O għalliema regali.
It-tama tagħna lkoll tinsab kollha kemm hi fik.
Ħelwa, int tixtieq; Sultana, int tista’; Patruna, int trid.
Xerred talbek, u agħti l-ħarsien u l-għajnuna tiegħek.
Arnoldu Bostio O.Carm, De Patronatu, n.1527
No comments:
Post a Comment