Wednesday, November 28, 2007

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija - Novena - L-Ewwel Jum

Virgo Carmelitana


“Ja Omm imbierka! Kemm stennejnik,
lilek li waqqaft l-Ordni tagħna, u ffurmajtu
b’għaqal kbir.

Mixħutin f’riġlejk, ja Omm waħdanija u
kollok qdusija tal-familja Karmelitana!
Aħna lkoll li ngħammru fuq din l-għolja
naqtgħu l-għatx ta’ qlubna mill-għejjun
tieghek u nagħrfu li aħna mmexxija
bil-qawwa ta’ driegħek, imsaħħin
mill-għajnuna tiegħek, imdawwlin
bid-dawl tiegħek.
Ibdilna fik u ħajjitna f’tiegħek.
Ibqa’ fostna ja Sidtna.
O Marija, aħna nfittxu l-kenn
tagħna fi ħdanek; jeħtieġ li
l-omm tibqa’ ma wliedha,
l-għalliema qalb id-dixxipli tagħha,
is-sinjura qalb il-qaddejja tagħha,
il-prijura mal-patrijiet tagħha.”

Arnoldo Bostius O.Carm +1499

No comments: