Minħabba f’hekk kien jiġbed lejh il-qalb ta’ kulħadd, u ħadd ma kien isibha bi tqila li jħobbu malli jsir jafu. Ikun ma’ min ikun, sew ma’ sħabu fit-triq, sew ma’ min jilqgħu f’daru u l-familja tiegħu, sew fost kbarat u prinċpijiet u prelati, għal kulħadd kellu kliem ta’ ġid u kotra ta’ eżempji tajba li bihom kien irattab il-qalb ta’ dawk li jisimgħuh u jiġbidhom għall-imħabba ta’ Kristu u t-tmaqdir tad-dinja. Bil-kliem u l-għemil wera ruħu kullimkien bħala bniedem evanġeliku. Matul il-jum, kien l-aktar wieħed li jsir ħaġa waħda ma’ ħutu r-reliġjużi jew ma’ sħabu fit-triq, ħadd ma kien ikun iżjed minnu ferrieħi magħhom.
Bil-lejl, ħadd daqsu ma kien idum jishar fit-talb. Kien iħalli l-biki għal filgħaxija u l-ferħ għal filgħodu. Il-jum kien jagħtih lill-proxxmu u l-lejl lil Alla, għax kien jaf li l-Mulej jibgħat bin-nhar il-ħniena tiegħu u bil-lejl il-ferħ. Sikwit kien ixerred kotra ta’ dmugħ, id-dmugħ lejl u nhar kien l-ikel tiegħu: bin-nhar, waqt il-quddiesa l-iżjed, u kien iqaddes tista’ tgħid kuljum; bil-lejl imbagħad, meta iżjed minn kulħadd kien jibqa’ jishar u jistinka fit-talb.
Kien imdorri sikwit igħaddi l-lejl fil-knisja, hekk li kważi qatt jew tassew rari kien jimtedd fuq sodda biex jorqod. Kien idum jishar fit-talb bil-lejl kemm il-ġisem dgħajjef kien iħallih. U meta, wara ħafna, moħħu kien jitħeddel bl-għajja u jagħtih in-ngħas, kien jimtedd daqsxejn maġenb l-altar jew xi mkien ieħor, b’rasu mistrieħa fuq ġebla bħall-patrijarka Ġakobb, biex wara ftit iqum u jerġa’ jaqbad il-ħeġġa tat-talb.
Ma’ kulħadd kien iġib ruħu bi ħlewwa liema bħalha, u billi kien iħobb lil kulħadd, kulħadd ukoll kien iħobb lilu. Il-kelma ta’ l-Appostlu għamilha tiegħu: jifraħ ma’ min jifraħ, jibki ma’ min jibki. Kellu qalbu mfawra bil-ħniena, u kien jingħata kollu kemm hu biex igħin lill-proxxmu u jieqaf ma’ l-imsejken. Kellu wkoll ħaġa li minħabba fiha kulħadd kien igħożżu, jiġifieri, kien dejjem ta’ fehma safja, mingħajr l-iċken ħjiel ta’ qerq jew wiri ta’ ħaġa b’oħra fi kliemu jew f’għemilu.
Ħabb tassew il-faqar, saħansitra fi lbiesu. Fl-ikel u x-xorb kien meqjus ħafna, jaħrab l-ikel delikat u jilqa’ bil-qalb l-ikel sempliċi. Kien iliġġem lil ġismu bis-sħiħ. Ma kienx jixrob inbid iżjed milli hu meħtieġ għall-ġisem, u kien iħalltu ħafna bl-ilma hekk li qatt ma messlu l-ħeffa u l-qawwa ta’ ħsibijietu.
Min qatt jista’ jsir jixbah lil dan il-bniedem fil-virtu'? Għax tassew igħaġġibna, u l-eżempji tiegħu jikxfu l-għażż ta’ żmienna. Biex nistgħu naslu fejn seħħlu jasal hu, neħtieġu mhux il-ħila tal-bnedmin iżda l-għajnuna speċjali tal-grazzja, sakemm Alla, bit-tjieba u l-ħniena tiegħu ma jkunx jogħġbu jtella’ ‘l xi ħadd f’quċċata bħal din ta’ qdusija. Iżda min hu hekk tajjeb għal dan? Ħuti, ejjew insiru nixbhu kemm nistgħu lil Missierna fil-passi tiegħu, u fl-istess ħin inroddu ħajr lill-Feddej talli fit-triq li qbadna għoġbu jagħti lill-qaddejja tiegħu mexxej bħal dan, li permezz tiegħu tana twelid ġdid għad-dawl tal-ħajja reliġjuża. Nitolbu lill-Missier ta’ kull ħniena biex iqawwina bl-istess Spirtu li jqanqal lil ulied Alla, ħalli nixmu fit-triq li missirijietna fetħulna u jistħoqqilna naslu bla xkiel fl-istess post ta’ hena bla tarf u ferħ bla tmiem, fejn hu daħal jithenna għal dejjem. Amen.

No comments:
Post a Comment