
Sliem għalik, Bint Alla l-Missier.
Sliem għalik, Omm l-Iben ta’ Alla.
Sliem għalik, Għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Sliem għalik, tempju tad-divinita’ kollha.
Sliem għalik, ġilju abjad tat-Trinita’.
Sliem għalik, warda tleqq bl-armonija tas-sema’.
Sliem għalik, Verġni tal-verġni, Verġni fidila,
minn fejn ried jitwieled u jkun misqi s-Sultan tas-Smewwiet.
Sliem għalik, Sultana tal-Martri, li ruħek ġiet minfudab’sejf id-dulur.
Sliem għalik, Sinjura tad-dinja, li lilek ġiet mogħtija kull setgħa fis-sema’ u fl-art.
Sliem għalik, Sinjura ta’qalbi, Omm il-ħajja, ħlewwa u tama għażiża tiegħi.
Sliem għalik, Omm li tistħoqq l-imħabba.
Sliem għalik, Omm li tistħoqq kull qima.
Mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.
Imbierka inti fost in-nisa.
U mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.
Marku tan-Nativita’
No comments:
Post a Comment