
O Marija, O Marija, O maħbuba Marija!
Marija, int l-għajn immarkata bis-siġill immakulat tal-Verb Etern,
li bih ġejt dikjarata Verġni u Omm, Omm u Verġni!
Għaxqa tat-Trinità Qaddisa.
Din l-għajn tmur issaqqi s-sema kollu,
waqt li ġġib frott lill-art,
tferraħ lill-anġli u tiffriska lill-erwieħ tal-purgatorju.
Hawn wieħed jittama li kull ruħ issir
għajn immarkata bis-siġill tax-xbieha perfetta ta’ Alla
li Hu tagħna,
U bil-karattru tal-pjagi tal-Verb,
fejn issir bniedem perfett u Alla bil-parteċipazzjoni.
Santa Maria Maddalena de’ Pazzi (1566-1607), Probatione, II, 199s.
No comments:
Post a Comment