Wednesday, December 5, 2007

It-Tminn Jum

Marija u l-Għaqda ma' Alla


Ifraħ, O Marija, Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Qalbek safja u sempliċi,
bħal dik tal-fqajrin u t-twajbin ta’ l-art,
sabet grazzja quddiem Alla.
Għażlek bħala għamara tiegħu,
Hu, l-Kelma ta’ dejjem magħmula bniedem,
ġie biex jgħammar fik.
U int lqajtu bħal art tajba, verġni u li tagħti l-frott;
nissiltu għlaina u għad-dinja,
O Marija, Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Fraternita’ Karmelitana - Pozzo di Gotto

No comments: